Monday, August 11, 2008

It-Tarzna

Il-Gvern Nazzjonalista hareg l-iskemi ta' irtirar ghal haddiema tat-Tarzna wara li l-pjan li kien tfassal mill-istess gvern (u mhux mill-haddiema) biex it-Tarzna 'ssir sostenibbli falla. L-iskemi ta' irtirar huma 'mmirati biex mijiet ta' haddiema jitthassru minn fuq il-kotba tat-Tarzna w ghalhekk meta l-gvern jigi biex jipprivatizza, it-Tarzna tidher attraenti f'ghajnejn dawk interessati. Biss dan jista ma jkunx il-kaz! F'artiklu f'l-orrizzont, Lino Spiteri kiteb fuq il-possibilita li l-iktar haddiema kapaci li hemm fit-Tarzna jaghzlu li jiehdu s-somma, b'konsegwenza li min ikun imhajjar jinvesti fit-Tarzna jaf ma jibqax interessant meta jara li m'hemmx il-haddiema li ghandu bzonn. L-istess Lino Spiteri 'ppropona li min ikun imhajjar jinvesti fit-Tarzna jinaghta l-possibilita li jara hu kemm ghandu bzonn izomm haddiema w lil min jixtieq izomm. Eventwalment, dawk li ma jkunux mizmuma mat-Tarzna l-'gdida', jidhlu f'koperattiva li tipprovdi lil haddiema tahrig u ghajnuna biex isibu xoghol gdid, filwaqt li fl-istess hin tipprovdi lil haddiema 'msehbin fiha dhul baziku ghal sentejn jew tlett snin. Bla dubju ta' xejn l-idea ta' Lino Spiteri hi ferm ahjar minn dik (jekk tista tighdila idea) tal-gvern Nazzjonalista, li fi ftit kliem tingabar f-'jew titlaq bis-somma, jew tispicca bla xoghol b'idek f'idek!'.

Naturalment, bhala xellugi ta' veru ma nistax naqbel li t-Tarzna tkun privatizzata. Nemmen li t-Tarzna ghanda topera b'mod mill-iktar efficjenti, b'managment kompetenti. Nemmen li fit-Tarzna ghandu jkun hemm sezzjoni ghat-tahrig prattiku ghal dawk l-istudenti ta' l-MCAST li qed jistudjaw suggetti relatati. Nemmen li l-haddiema tat-Tarzna, taht esperti kompetenti, ghandhom ikunu fuq quddiem nett fil-bini ta' mezzi alternattivi ta' energijja, fosthom imtiehen tar-rih fuq il-bahar. Fl-ahhar mill-ahhar, nemmen li awn nies esperti bizzejjed fil-qasam tat-Tarznari li kapaci 'jibnu' t-Tarzna mill-gdid u jaghmlu mit-Tarzna Maltijja Tarzna kompetittiva w efficjenti. Izda naturalment, minghajr ir-rieda ma jsir xejn!

Monday, July 7, 2008

Il-Liberta`

Gvernijiet pro-Kapitalisti ta' spiss jiftahru bil-liberta` fis-socjetajiet li jiggvernaw. Ghal dawn il-gvernijiet, il-kuncett ta' liberta` jfisser id-dritt ta' l-ghazla f'xi elezzjoni, li generalment din l-ghazla tkun bejn kokijiet differenti li 'jsajru l-istess ricetti! Dawn l-istess gvernijiet jiftahru bil-liberta` ta' l-espressjoni, izda 'mbghad simboli Komunisti, Nazisti w ohrajn jitqiesu 'llegali! Il-media ''libera'' f'dawn is-socjetajiet generalment titmexxa minn miljunarji kbar li flok jaghzlu li jwasslu l-vuci ta' min qed ibaghti w irid jipprotesta, jaghzlu li kuljum ixandru ''ahbarjiet'' banali fuq celebritajiet miljunarji! Isir ftahir ukoll fuq il-liberta ta' l-ghazla; ghazla f'dak li wiehed jixtri, fejn wiehed jivjagga ecc... Izda dan ma jfisser xejn ghal min ma jahdimx ghax ma jistax isib xoghol! Ghal dawn in-nies vittmi tal-Kapitalizmu l-unika skop f'hajjithom ikun dak li jaraw kif se jighxu, xejn izjed u xejn inqas!
Il-liberta hi farsa f'politika 'bbazata fuq l-esplojtazzjoni! Il-maggoranza tal-popolazzjoni tad-dinja huma haddiema, wage slaves! Wage slaves ghaliex biex jighxu fis-sistema Kapitalista l-haddiema jkollhom ibieghu kuljum sieghat minn hajithom biex is-sid jew sidien li jhaddmuhom ikompli jakkumulaw il-gid taghhom! Il-veru liberta` tasal meta l-art u l-mezzi tal-produzzjoni kollha jkunu propjeta pubblika w kullhadd jahdem biex itejjeb il-qaghda tas-socjeta ghax finalment ikun qed itejjeb il-qaghda ta' hajtu! Il-veru liberta` tasal meta kullhadd ikun ugwali ekonomikament u socjalment! Il-veru liberta` tasal meta tieqaf l-esplojtazzjoni!

Is-Surcharge

Il-Prezz taz-zejt prezenti hu problema kbira ghal dawk il-pajjizi kollha dipendenti fuq iz-zejt! Pajjizna hu pajjiz kompletament dipendenti fuq iz-zejt, ghalhekk l-ugiegh ta' ras ghalina hu qawwi! Ftit tal-jiem ilu l-gvern habbar li biex izomm l-Enemalta finanzjarjament sostenibbli se joghlli s-surcharge ghal 95%. B'din il-mizura l-Enemalta veru mistennijja li tibqa sostenibbli, izda l-ekonomijja ingenerali kif se tintlaqat?
Biz-zieda fis-surcharge il-gvern se jkun qed jigbor minn ghand il-familji ammont ta' flus sostanzjalment aktar, u dan se jkun qed isir minghajr xi zieda fil-pagi, mela m'hemmx ghalfejn tkun ekonomista biex tifhem li dak li se johorgu iktar il-familji ghas-surcharge, se jkun qed jonqos mill-konsum taghhom, u finalment se jkun qed jonqos id-dhul tal-gvern mill-VAT. Ovvjament, jekk jonqos il-konsum jonqos il-kummerc, u jekk jonqos il-kummerc jonqsu l-impjiegi...u jekk jonqsu l-impjiegi jkompli jonqos il-kummerc!
Il-veru soluzzjoni ghal prezz taz-zejt ghanda tkun primarjament dik li 'nnaqsu d-dipendenza fuq iz-zejt. Dan jista jsir fost l-ohrajn billi f'forma ta' spiza kapitali f'kull dar jigi 'nstallat solar water heater. Billi jinbnew imtiehen tar-rih. Billi 'ssir kampanja edukattiva fuq l-uzu bil-ghaqal tad-dawl u l-ilma. Soluzzjonijiet ohrajn li jikkumplimentaw ghandhom ikunu li jsir thaffir serju ghaz-zejt u li jsiru l-ahjar negozji possibbli ghax-xiri taz-zejt!

Thursday, June 19, 2008

Il-Krizi tan-nuqqas ta' tobba f'Malta

Nahseb li kullhadd jaf li bhalissa Malta ghaddejja minn krizi ta' nuqqas ta' tobba. Dan ghaliex hafna tobba Maltin li jkunu ghadhom kemm gradwaw qed jaghzlu li jsiefru lejn pajjizi normalment fl-UE fejn il-pagi huma hafna ahjar minn taghna. U l'dawn it-tobba nifimhom, kieku kont tabib bhalhom naghmel! Mhux ovvja li jekk taf li b'dak li ghandek x'turi tista tmur x'imkien u tithallas ferm ahjar se tmur! Li ma nifhimx hu kif il-gvern ma jiehux azzjoni w idahhal ligi li tighd li ghal ftit snin wara li tigradwa trid toffri s-servizzi tighek lil poplu Malti bi ''hlas'' ghal l-edukazzjoni b'xejn u l-istipendji li tkun hadt minn fuq it-taxxi tal-poplu Malti. Nahseb li hu gust li trodd ftit snin ta' hidma lil poplu li minn fuq it-taxxi tieghu tkun hadt edukazzjoni kompluta b'xejn u stipendji biex tkun tista tixtri affarjiet bazici waqt li tkun qed tistudja. Nispera li fl-ahhar mill-ahhar tissolva din il-problema, biex il-poplu Malti jiehu dak li jixraqlu f'dik li hi l-iktar prezzjuza ghal kull poplu: Is-sahha!

Wednesday, June 11, 2008

Joseph Muscat - Generazzjoni Rebbieha?

Nhar il-Hadd segwejt id-diskors ta' Joseph Muscat fic-CNL. Kien diskors li 'kkommova lil hafna Laburisti, specjalment meta Joseph iddeskriva lil Perit Mintoff bhala ''dak li kien, ghadu w jibqa...'' missier il-Partit Laburista. Nahseb li l-akbar sfida ta' Joseph se tkun dik li jaghqqad lil Partit filwaqt li fl-istess hin iwettaq it-''terrimot' li jrid jaghmel biex il-Partit johrog miz-zmien difficli li qieghed fih u jsir verament partit rebbieh. Jidher li l-ghan ta' Joseph Muscat hu li jaghmel mill-Partit Laburista familja xellugijja. M'ghandniex xi nighdu, bhala persuna Joseph hu bniedem karizmatiku w li kapaci jikkomunika. Nispera li taht it-tmexxijja ta' Joseh Muscat il-Partit Laburista jsir verament partit rebbieh...nistennew u naraw!

Friday, May 2, 2008

Hadd indimentikabbli!

Nhar il-Hadd 27 ta' April, ghal xi s-sitta w nofs ta' filghaxija, Jien u Kim morna nimxu Santa Lucia. F'mument waqt il-mixja taghna ghaddejna minn hdejn bank, li bilqieghda fuqu kien hemm ragel xwejjah liebes raincoat hadra skura b'kelb kbir ta' lewn kannella car. Kim intilfet thares lejn il-kelb filwaqt li jien iffissajt harsti fuq dak ir-ragel xwejjah, li bla ebda difikulta stajt nidentifikah bhala l-perit Dom Mintoff. Kif skorrejna l-bank bi ftit passi kollni entuzjazzmu dort fuq Kim u staqsejta jekk gharfitx lir-ragel xwejjah, u kif bilkemm kienet spiccat ir-risposta li m'gharfitux ghidtilha li dak kien il-perit Mintoff. Sforz il-kurzita li qabdita Kim staqsietni biex induru w nergaw naghddu minn hdejn dak il-bank, u jien accettajt. Biss hekk kif konna ergajna sejrin fid-direzzjoni tal-bank avzajt lil Kim biex ma jfettilliex tieqaf tkellmu, peres li naf li Kim ma tantx tisthi biex tibda konverzazzjoni ma persuna li ma tkunx taf, anki jekk dik il-persuna ma tkun hadd hlief il-perit Mintoff. L-avviz tieghi kien inutli ghax kif skorrejna ftit il-perit, Kim daret fuqu w qaltlu: ''Jigdem il-kelb?'' U bis-soltu ton tieghu w b'nofs dahqa il-perit wegibha: ''Jekk ma taghmillu xejn mhux se jigdmek!'' Insomma biex ma ntawwalx ghamilna xi ghaxar minuti nitkellmu l-iktar fuq il-klieb. Qabel komplejna nimxu Kim haditlu b'idejh u qaltlu: ''Ghandi pjacir perit!'' U jien ghamilt l-istess.

Nhar il-Hadd kienet gurnata li se tibqa fil-memorja tieghi sakemm nibqa niftakar. Fiha rnexxieli nitkellem u niehu b'idejn mexxej kbir fl-istorja ta' Malta. Mexxej li jien twelidt 72 sena warajh! Mexxej li bhal ma llum ahna nistudjaw fuq il-Granmastri w nies iktar ricenti bhal Fortunato Mizzi w Manuel Dimech, il-generazzjonijiet futuri se jkunu qed jistudjaw fuq il-bniedem li nhar il-Hadd Jien u Kim kellimna w hadnilhu b'idejh!