Sunday, April 6, 2008

Politika ta' privatizzazzjoni: Efficjenza jew ingustizzja socjali?

Gvernijiet tal-lemin u dawk b'isem xellugi izda b'politika tal-lemin, jishqu fuq l-importanza li entitajiet statali jigu privatizzati, ''biex tizdied l-efficcjenza''! Izda verament, ghal fejn twassal politika ta' privatizzazzjoni?

Illum dawn il-gvernijiet qieghdin iduru fuq ic-cittadini taghhom u jighdulhom li tird tizdied l-eta` ta' l-irtirar, li jridu jibdew jinqataw/jittnaqqsu xi servizzi socjali, li s-sahha b'xejn m'ghadiex sostenibbli. Naturalment, meta jighdu dan jibqaw jiddefendu l-politika taghhom, u minflok jitfghu l-htijja fuq haga jew fuq ohra. Izda r-realta` hijja li b'konsergwenza tal-privatizzazzjonijiet li dawn il-gvernijiet tant ftahru bihom, il-gvern naqqas hafna mid-dhul tieghu, biex eventwalment dawk il-flus li qabel kienu jmorru ghand il-gvern, bdew imorru ghand ftit sinjuri li naturalment igawduhom huma, u l-familji taghhom. Hekk kif id-dhul minn entitajiet statali spicca ghax kollox, it-taxxi saru l-unika dhul ta' dawn il-gvernijiet, li apparti li hemm limitu ta' kemm wiehed jista jintaxxa, minhabba ragunijiet ovvji, zgur li t-taxxi biss ma jsostnux l-ispiza li dawn il-gvernijiet kienu jonfqu qabel. Quddiem ir-realta` li minhabba l-istess politika taghhom ikollhom jillimitaw l-ispiza, l-aktar elementi arroganti ta' dawn il-gvernijiet, sahansitra jaslu biex jighdu li s-servizzi socjali huma fsied zejjed, naturalment forsi dan jighduh ghax uliedhom jieklu minn imgharef tal-fidda, u ma jimpurtahom xejn minn ulied haddiehor li jkollhom dhul minimu w li ma jistghux jippjanaw biex fil-futur jibnu familja, ghax il-prezzijiet tad-djar ma jkunux jaffordjawhom, dawn in-nies arroganti laqnas ma jgibu quddiem ghajnejhom lil min genwinament ma jistax isib impjieg.

Gvern li jiehu hsieb il-poplu tieghu, ma jkunx qed jinkoraggixxi l-ghazz, izda jkun qed joffri serhan tal-mohh. Kull darba li l-istat ibiegh entitajiet f'diversi oqsma lil privat, ikun qed jisraq lil poplu kollu biex jaghti lil ftit sinjuri, eventwalment, l-istess poplu li jkun gie misruq ikollhu jaghmel tajjeb billi jitnaqqasslu dak li qabel kien jiehu bi dritt. Politika ta' privatizzazzjoni, ghalkemm ghal l-ewwel tista tidher li qed thalli l-frott, eventwalment twassal ghat-tkattir ta' l-ingustizzji socjali, ghal politika fejn min jiflah ihawwel u min ma jiflahx jithawwel. Bniedem li qed jighx hajja komda, facli jaqbel ma politika ta' privatizzazzjoni, izda r-realta` hijja li mhux kullhadd qed jighx hajja komda, u 'hemm barra' hemm hafna nies/genituri li qed jissieltu min jum ghal iehor biex jaghtu lil uliedhom futur dicenti.

Sunday, March 23, 2008

From where it all began?

I’m not a religious person, and I am skeptic about the existence of a spiritual supreme creator. But I find it difficult to understand from where it all began. One can say that all began from the so called big bang, but from where did the big bang come from? On the same argument, if there is a spiritual supreme creator from where did he/she come from? We’re living in a material universe, with a material conciseness, and with our material brain, we understand the laws of our material existence, the physical laws. One of the basic laws of our material existence is that: Nothing came from nothing. But we can’t pretend that our physical laws apply to a non-material reality as well. If there is a spiritual supreme creator he/she is the creator of our material reality and our physical laws, he/she is above our physical laws and outside our material reality, so, the question ‘if there is a supreme creator, from where did he/she come from’ doesn’t make so much sense. Because if there is a supreme creator, he/she doesn’t belong to our physical laws, because he/she created them, and he/she is above them. Finally, I think that we are too primitive to answer the question, ‘from where it all began’, as the early humans that lived in caves were too primitive to go to the moon!!!

Thursday, March 20, 2008

Catholicism, Christianity and Knowledge!

As children in a Catholic country, our parents, grandparents, and our teachers in schools start to teach us about our religion, about the man called Jesus Christ and his teachings. As children, we saw Jesus as our protector, our safeguard and our idol, but as we enter the teen age years, we start asking questions about our religion, about ourselves and about our future. We start feeling a change in our body; a change in our way of thinking, we start being rebellious. I am nineteen years old, and I am living the last year as a teenager, and of course, I have my own views about Catholicism and Christianity. I see in Catholicism a religion of condemnation about many natural aspects of human being; condemnations about homosexuality, about pre-marriage intercourses, about different types of families etc. On the other hand, I am an admirer of the social aspect of Christ’s teachings, but not of the religious aspect. I can’t believe in the Catholic Church when its members have enormous richness in their churches and cathedrals, and they do nothing concrete to reduce poverty. I learned that Jesus was a man of the poor, a man who helped the poor, not a king living in a temple and sitting on a golden chair! Superstition is not the way to convince our and future generations, because we’re living in an era where we have access to knowledge, to the internet. In our era, we know that our planet is not the center of the universe, and our sun is just one of billions of stars in millions of galaxies, we know that the Jewish race is a race like others, and not some type of a supreme race chosen by God. Knowledge is the key for truth, and we are the generation who has easily access to knowledge, trough the internet, and for that, we have the responsibility to teach our children, not what we believe, but how to make their own searches and formulate their own opinions.

Monday, March 17, 2008

Pjan ghal Bidu Gdid...MLP!

Ghalkemm il-hatra ta' mexxej Laburista gdid tista ttella l-moral tal-partitarji Laburisti, ma jfissirx li fl-MLP tkun saret il-bidla. Il-veru bidla fl-MLP trid issir mill-qiegh, bidla radikali li twassal biex l-MLP johrog fil-pubbliku bhala partit maqghud, b'sahtu w lest biex 5 snin ohra jiehu t-tmexxijja tal-pajjiz. Dan jista jsir biss jekk in-nies fic-crieki ta' gewwa fl-MLP jgibu l-interessi tal-partit qabel kollox, jekk le, l-MLP jkun qed jissoggra serjament li jitlef l-elezzjoni generali ta' 2013.

L-ghazla ta' mexxej trid issir bil-ghaqal, iktar w iktar meta Lawrence Gonzi huwwa bniedem rispettat mill-maggoranza tal-poplu, anki minn hafna partitarji Laburisti. Biss inutli jinbidel ix-xufier tal-karozza jekk jibqa jsuq il-karozza fl-istess direzzjoni zbaljata. Il-Bidu Gdid li ppropona l-Partit Laburista ghal Malta, ghandu jigi applikat ghal partit inniffsu, biex finalment l-MLP jkun jista jibda jmexxi l-Malta tas-seklu 21.

Wednesday, March 12, 2008

Wara Sant, min?

L-ismijiet ghal min jista jkun il-'leader' il-gdid tal-Partit Laburista bdew hergin. Fost dawk li ssemmew s'issa hemm Joseph Muscat, Michael Falzon, Charles Mangion, Karmenu Vella, Evarist Bartolo w Alfred Mifsud. Personalment nemmen li l-'leader' il-gdid tal-Partit Laburista ghandu jwettaq bidla radikali fil-partit, fil-mod kif il-partit jahdem. Importanti li d-delegati jifmu li l-futur tal-Partit Laburista jiiddependi minnhom, mid-decizzjoni li jiehdu. Minn dawk li ssemmew s'issa, nahseb li Evarist Bartolo jkun il-favorit tieghi, biss fl-ahhar mill-ahhar trid tara l-'kontestant' x'ser joffri! Nistennew u naraw...J'alla li fl-MLP issir ghazla ghaqlijja, biex il-pajjiz kollu jgawdi!

Monday, March 10, 2008

5 snin ohra ghal PN, sfidi ghal MLP...

Ghal darb' ohra l-PN rebah l-elezzjoni generali, b'hekk fi tmiem il-legislatura li jmiss il-PN ser ikun ilu fil-gvern 26 sena, ghajr ghat-22 xahar ta' gvern Laburista bejn 1996/98. Bla dubju il-partitarji Laburisti huma ddizappuntati ghal ahhar, iktar w iktar meta kien awn xnieghat li d-distakk fuq il-PN jista jkun ta' 20,000 vot! Issa l'irrezenja Alfred Sant, fl-MLP trid issir ghazla ghaqlijja biex jinhatar mexxej li jkun kapaci iwassal lil Partit Laburista ghar-rebha 5 snin ohra. Irid ikun mexxej li kapaci jikkonvinci l-'floating voters', li fl-ahhar mill-ahhar huma l-iktar element deciziv f'elezzjoni. Fuq kollox il-mexxej futur tal-Partit Laburista ghandu jmexxi l-MLP fuq principji Socjalisti, biex verament l-MLP jkun il-partit li jhares il-htigijiet tal-poplu kollhu, specjalment ta' dawk li l-iktar ghandhom bzonn il-harsien ta' l-istat. Nittama li l-MLP ikun kapaci jaffronta dawn l-isfidi w 5 snin ohra jerbah ir-rebha li l-pajjiz tant ghandu bzonn. Fl-ahhar mill-ahhar nahseb li ahna ma min ahna, ghandna nirringrazzjaw lil Alfred Sant tax-xoghol li ghamel mill-1992 sa l-2008, GRAZZI!

Sunday, March 9, 2008

Countdown posts...

Din l-elezzjoni generali zgur ser tibqa mfakkra ghal kemm qieghdin qrib xulxin iz-zewg partiti l-kbar. Ghadu kemm tkellem Joe Saliba w qal li r-rizultat finali ghandu johrog bejn id-9:00pm w id-9:30pm. Fl-opinjoni tieghi id-dirigenti taz-zewg partiti kienu kawti hafna, u haqqhom prosit! Ghal bidu fil-lokalita ta' Rahal Gdid, fejn noqghod jien, hargu jdoqqu xi karozzi b'imkatar ta' l-MLP, imma mbghad ma damux ma waqfu...
Il-hin ghaddej, il-poplu Malti qieghed bla sabar jistenna r-rizultat, jien wiehed minnhom :p !
Nistennew u naraw...zgur li llejla fuq it-tv ser ikollna 'show' ta' veru!
J'alla kullhadd jiftakar li barra mill-kultura ta' l-MLPN, ahna kollha ahwa Maltin, u fuq kollox...ahwa bnedmin!