
Il-bnedmin huma kollha 'ndaqs! Imhallef, tabib, avukat, skrivan, haddiem ta' fabbrika w kennies huma kollha bnedmin b'xogholijiet differenti, izda quddiem in-natura huma kollha 'ndaqs! Il-bnedmin m'ghandhomx jigu meqjusa differenti minhabba x-xoghol li jahdmu, jew minhabba sess, razza, religjon jew 'backround' familjari. Fis-socjetajiet kapitalisti, l-inugwaljanza hijja l-ordni tal-gurnata! Is-socjetajiet kapitalisti jitmexxew b'sistema ta' piramida, minn isfel sa l-quccatta! Minn hu isfel nett isofri l-faqar u l-guh, waqt li minn hu fil-parti ta' fuq tal-piramida igawdi hajja lussuza! Ingustizzja sfaccata! Is-socjeta trid titmexxa b'ugwaljanza! Bi dhul (income) l-istess ghal kullhadd! Bi drittijiet indaqs irreleventi x'tahdem! Naturalment sakemm tasal f'din il-fazi socjeta trid tghaddi mill-fazi li fiha il-bnedmin kollha jsiru 'ndaqs ekonomikament! Eventwalment il-punt ta' l-ugwaljanza jintlahaq, u s-socjeta titmexxa fuq il-mudell ta' cirku, fejn fuq livell komuni kullhadd jikkontribwicci ghal gid tas-socjeta!
No comments:
Post a Comment