If not the favorite, one of my favorite song!
Thursday, December 27, 2007
Wednesday, December 26, 2007
20 Questions!
Idea li ghogbitni minn fuq il-blog tal-habib tieghi David: http://reflectionsofaworldcitizen.blogspot.com/ Prosit Dav, u sorry ghax ikkupjajtek ftit :)!
1. At what age do you wish to marry? 22 (Imma difficli hafna!)
2. My question: If you had to study at university, what course would you choose? Arkitettura.
3. Where is the place that you want to go the most? Indur il-pajjizi kollha tas-'South America'! Nahseb!!!
4. If you could have one dream come true, what would it be? Li nara d-dinja kollha maqghuda f'socjeta wahda Komunista qabel immut! Imma nahseb li sfortunatament daqsxejn impossibbli!
5. What's the best compliment you've ever received? Hafna nies jighdu li jiehdu pjacir jitkellmu mieghi!
6. What are you afraid to lose the most? It-tfajla.
7. If you win $1 million, what would you do? Nixtri post biex jien u t-tfajla nkunu nistaw nibnu familja fih, u nighn lil foqra bl-ahjar mod li nista!
8. If you meet someone that you love, would you confess to him/her? Or would you keep it to yourself and observe from afar? Nemmen li hafna mit-tfajliet iktar ma turihom li inti migbud lejhom iktar ma jkunux iridu jafu bik. Biss jiena tip ta' persuna li ma tantx naf nahbi.
9. What is your favorite quote? We Cannot Be Sure Of Having Something To Live For Unless We Are Willing To Die For It (Che Guevara)
10. If you could go back in time, would you like to change something in your life? What would it be? Xejn! Jien illum jien Jien ghax ghaddejt minn xiex ghaddejt, kull esperjenza tajba jew hazina tighn biex ittik identita unika.
11. Which type of person do you hate the most? Kull min jemmen li hu 'upper-class'!
12. What is the thing that will make you think he/she is bad? Hadd m'hu hazin kollu jew tajjeb kollu. Biss nies li jaqblu ma l-abort nemmen li ghandhom problema.
13. What is your ambition? Li nighx u nahdem ghal dak li nemmen, jekk nitlef l-ambizzjonijiet, inkun tlift hajti!
14. Christmas is coming, who do you like to celebrate with? Ma tal-familja! Izda sfortunatament il-maggoranza tieghu ghaddejtu x-xoghol ghal LM1.49 is-siegha!!!
15. What do you think is the most important thing in your life? Sahhti!
16. Are you a shopaholic or no? Inhobb nixtri, imma ma nhobbx indur il-hwienet!
17. Which actress or actors you would like to be? Vin Diesel!
18. It would be 2008 in a few days, do you have a new year’s resolution? Dieta tajba w nonqos, hijja l-prijorita personali ghal-2008!
19. Do you have any plans for tomorrow? Ghada filghodu xoghol, nibda fis-6am! Dik zgur!
20. What is one of your all time favourite books, and why? Hemm hafna! Biss inhobb naqra hafna fuq politika, paranormal, psikologijja w filosofijja!

Tuesday, December 25, 2007
The Future of Our iDelogy
It-triq li ahna l-Komunisti ghandna quddiemna hijja ferm aktar harxa minn zminijiet passati. It-teknologijja li fi zmienna qieghda tizviluppa minn jum ghal jum, specjalment dik tal-komunikazzjoni, trid titqies bhala element baziku biex il-Komunizmu jifjorixxi w jeqred is-sistema kapitalista w l-ingustizzja li ggib maghha! Ahna l-Komunisti rridu nifhmu l-bzonn ta' aggornament konsistenti tal-mezzi li bihom jitwassal il-messagg Komunista. Ovvjament l-izvantagg taghna huwwa li ahna m'ghandniex il-kapitalisti jtuna l-flus biex insostnu w naggornaw il-mezzi ta' komunikazzjoni. Naturalment fil-kaz ta' Malta l-ewwel li ghandna bzonn hijja li ninfurmaw lin-nies bl-ezistenza tal-PKM (Partit Komunista Malti), ghaliex hafna nies ma jafux bl-ezistena ta' dan il-partit. Irridu nifmu li l-generazzjoni tal-lum (jien wiehed minnhom), ma tistax tikkonvincihom b'image' ta' zmien l-Unjoni Sovjetika, 'new times demands new image'! Id-dinja tal-lum hijja ferm iktar kumplessa minn dik ta' zmien Lenin u Stalin, il-pajjizi huma iktar dipendenti minn xulxin. Ghalhekk il-bzonn li l-Komunisti jinghaqdu fuq skala internazzjonali w jahdmu flimkien ghal ghan wiehed, ghan li jrid iwassal biex id-dinja ssir post gust u sigur fejn ir-razza umana tkun tista timxi l-quddiem f'socjeta Komunista. Jekk il-hsieb huwwa tajjeb u l-holm huwwa kbir, xejn m'hu mpossibbli!
Private Schools
L-iskejjel privati huma ghodda biex minn eta zighra t-tfal indahlulhom f'rashom l-idea ta' 'l-upper-class' u l-pregudizzji li din l-idea ggib maghha. Ejjew nimmaginaw li zewgt it-tfal ikunu qieghdin jilghabu fil-bandli tal-belt/rahal fejn joqghodu, u wiehed ghax il-genituri tieghu tat-tajjeb jighd lil siehbu li hu jmur skola privata, naturalment ir-reazzjoni ta' l-iehor li ma jmurx skola privata ghax il-genituri tieghu ghandhom dhul baxx, tkun wahda ta' nferjorita. L-iskejjel privati huma c-cirasa fuq il-kejk morr kapitalista! L-edukazzjoni hijja bazi mportantissima fl-izvilupp ta' wliedna w ma tistax tigi mbabsa minn interessi privati. L-iskejjel iridu jintuzaw biex iqabbdu f'uliedna l-huggiega ta l-ugwaljanza socjali, l-imhabba w ir-rispett! Iridu jintuzaw ukoll biex fihom it-tfal/studenti jitghallmu janalizzaw, jiddibattu w jiddeciedu b'mohh miftuh! L-edukazzjoni hijja l-mera tas-socjeta futura, ghalhekk qatt ma tista tigi fdata f'idejn xi kapitalist, li naturalment l-interess principali tieghu huwwa l-profitt li se jkollu fl-ahhar tas-sena, mhux il-futur ta' wliedna!
Thursday, December 20, 2007
Wednesday, December 19, 2007
Tuesday, December 18, 2007
Workers of the world...UNITE!!!

Il-politici li ghalihom l-ewwel jigu l-Kapitalisti, imbghad il-haddiema, jiftahru li huma 'c-champions' tad-drittijiet tal-bniedem! Jiftahru bil-farsa tal-liberta tal-'media', ta' l-espressjoni! Jiftahru li tahthom kullhadd ghandhu dritt jixtri li jrid, kullhadd ghandhu l-ghazla! Jiftahru li d-demokrazijja w il-liberta huma l-kmandamenti li fuqhom imexxu l-politika taghhom, u li qatt m'huma lesti li jiksruhom! Kliem sabih, izda r-realta` differenti hafna!
Niehdu l-Istati Uniti, tant ilhom zmien jixtiequ jaraw gvern li jhaddan il-politika taghhom f'Kuba, dejjem bl-iskuza tad-demokrazijja, li fl-1967 waslu biex qatlu lil Che Guevara! L-istess pajjiz, illum qieghed jinqeda bil-mewt ta' Fidel Castro biex jipprova jdawwar id-direzzjoni tal-politika Kubana! Dan biex ma nsemmux il-250,000 persuna li nqatlu bil-bombi atomici li ntefghu fuq Hiroshima w Nagasaki fl-ahhar tat-2 gwerra dinjijja! L-istess pajjiz illum ma jridx li l-Iran jizviluppa qawwa nukleari, izda minn naha l-ohra ma jsib l-ebda oggezzjoni li Israel ghandhu l-armi nukleari! Dan hu l-istess pajjiz li attakka lil Iraq bl-iskuza ta' nformazzjoni dwar armi tal-qerda tal-massa, li suppost kellu Saddam Hussein, sa llum ghadhu ma nstab xejn!
Dawn it-tip ta' politici jiftahru fuq il-liberta ta' l-ghazla, izda ma jighdu xejn fuq dawk il-haddiema bla xoghol li sahansitra lanqas biss ikollhom biex ihallsu fejn joqghodu, u ghalhekk jispiccaw 'homeless'! Dawn huma n-nies li qieghdin imexxu, li d-decizjonijiet taghhom jolqtu lil haddiema direttament, jistaw ikunu fdati izjed?!
Minn nahha l-ohra, il-Komunizmu li dawn in-nies tant ipinguh ikrah, jiggarantixxi li kullhadd ikollhu dar fejn joqghod, edukazzjoni b'xejn, sptarijiet u medicini b'xejn, pensjonijiet u fuq kollox, sens ta' ghixen! Il-bniedem mhux mahluq ghal flus, il-flus mahluqin ghal bniedem! Il-Komunizmu jistma l-bniedem ta' bniedem, mhux ta' oggett li jhalli l-qliegh! Il-haddiema jridu jifhmu l-bzonn li jinaqdu w iqumu kontra minn jarahom bhala oggett! Il-kapitalizmu sfrenat li qieghdin nighxu fih wassal biss ghal hajja bla mistrieh, fejn min jiflah ihawwel u min ma jiflahx jithawwel! Viva l-Komunizmu!
Workers of the world...UNITE!!!
Monday, December 17, 2007
Poverty!!!

Kuljum, madwar id-dinja 50,000 persuna jmutu kawza tal-faqar!!! 800 miljun persuna jidhlu jorqdu bil-guh, kull lejl!!! Kull sena 11 il-miljun tifel u tifla jmutu qabel ma jghalqu l-hames snin, kawza tal-faqar!!! Jekk tmur f'universitajiet varji madwar id-dinja w issaqsi l-istudenti jekk jaqblux mas-suq hieles, il-maggoranza taghhom bla dubju jighdulek li jaqblu! Izda minn jaf kieku tmur issaqsi l-dawk in-nies li kuljum qieghdin jidhlu jorqdu bil-guh jaqblux mas-suq hieles x'jighdulek? Facli tighd li taqbel mas-suq hieles u ma gvernijiet tal-lemin jew tac-centru xellug, meta jkollok livell ta' hajja dicenti, jew sahansitra gholi! Facli tighd li l-Komunizmu hijja politika tal-misthijja jekk trabbejt fil-lussu w forsi tghallimt f'xi skola privata! Facli tighd li temmen fil-politika tal-privatizzazjoni w liberalizzazjoni jekk qatt ma tkun esperjenzajt il-realta` kerha li tkun bla xoghol, bla 'income'! Il-bniedem min-natura tieghu huwwa egoist, jigifieri mhix xi haga sorprendenti li minn ikun qed jighx hajja dicenti jew lussuza, jara l-Komunizmu bhala politika tal-misthijja! Biss ma nistennix li nies suppost ta' certu edukazzjoni, ihallhu l-istint egoistiku jirbah fuq ir-raguni! Sadanittant, waqt li ahna mohna fil-Milied u fil-'Christmas shoping', eluf ta' nies qieghdin imutu bil-guh!
Saturday, December 8, 2007
Christmas times & Maltese poverty...
F'dawn iz-zminijiet tal-Milied, bizzejjed tmur sal-Belt jew ta' Sliema biex tara nies hergin bil-basktijiet minn hwienet ta' ditti 'expensive'. Jekk tkun influwenzat mill-'media' kapitalista w mill-politici Maltin li l-hin kollhu jiddefendu s-suq hieles w allura naturalment il-kapitalisti, facli tasal ghal konkluzzjoni zbaljata li l-Maltin kollha qieghdin jighxu xi hajja ta' lussu! Fuq in-naha l-ohra tal-munita, hemm Maltin ohra, li lanqas biss ghandhom x'jieklu! Ommijiet vittma ta' l-uzura! Ommijiet li jkollhom ir-ragel jilghabhom u jispiccaw bla flus! Familji li minhabba sfortuna socjali jispiccaw bla certezza finanzjarja! Dawn huma fatti li jezistu fis-seklu 21 gewwa Malta, il-pajjiz suppost zviluppat membru ta' l-UE. Difficli tifhem dak li thoss omm fqira meta fuq 'magazine' tara reklami bhal; ''Make this Christmas special for your kids...'' u jkomplu billi jissuggerulek tixtrilhom dak it-tali` oggett jew tehodhom f'dak it-tali` post li naturalment hlief flus ma jkunux qieghdin jitolbuk! Jigifieri jekk din l-omm m'ghandhiex x'tiekol, wisq anqas flus, ulieda m'humiex ser ikollhom Milied specjali?! Ulied il-'middle-class' u l-'high-class' biss ser ikollhom Milied specjali?! B'liema dritt kumpanijja twegga s-sentimenti ta' min u fqir ghal skopijiet ta' profitti?! Din hijja l-Malta moderna tal-lum! Malta li bhal kumplament tad-dinja suppost moderna, qieghda titmexxa b'politika fejn min hu l-aqwa jhawwel u min ma jiflahx jithawwel!!! Viva l-gustizzja socjali!!!
Subscribe to:
Comments (Atom)