Tuesday, December 25, 2007

The Future of Our iDelogy

It-triq li ahna l-Komunisti ghandna quddiemna hijja ferm aktar harxa minn zminijiet passati. It-teknologijja li fi zmienna qieghda tizviluppa minn jum ghal jum, specjalment dik tal-komunikazzjoni, trid titqies bhala element baziku biex il-Komunizmu jifjorixxi w jeqred is-sistema kapitalista w l-ingustizzja li ggib maghha! Ahna l-Komunisti rridu nifhmu l-bzonn ta' aggornament konsistenti tal-mezzi li bihom jitwassal il-messagg Komunista. Ovvjament l-izvantagg taghna huwwa li ahna m'ghandniex il-kapitalisti jtuna l-flus biex insostnu w naggornaw il-mezzi ta' komunikazzjoni. Naturalment fil-kaz ta' Malta l-ewwel li ghandna bzonn hijja li ninfurmaw lin-nies bl-ezistenza tal-PKM (Partit Komunista Malti), ghaliex hafna nies ma jafux bl-ezistena ta' dan il-partit. Irridu nifmu li l-generazzjoni tal-lum (jien wiehed minnhom), ma tistax tikkonvincihom b'image' ta' zmien l-Unjoni Sovjetika, 'new times demands new image'! Id-dinja tal-lum hijja ferm iktar kumplessa minn dik ta' zmien Lenin u Stalin, il-pajjizi huma iktar dipendenti minn xulxin. Ghalhekk il-bzonn li l-Komunisti jinghaqdu fuq skala internazzjonali w jahdmu flimkien ghal ghan wiehed, ghan li jrid iwassal biex id-dinja ssir post gust u sigur fejn ir-razza umana tkun tista timxi l-quddiem f'socjeta Komunista. Jekk il-hsieb huwwa tajjeb u l-holm huwwa kbir, xejn m'hu mpossibbli!

3 comments:

David Cuschieri said...

Prosit, Glenn! Hemm bzonn li l-poplu Malti jigi edukat biex jifhem il-kunflitti kbar li jezistu bejn il-klassijiet socjali. Illum hawn hafna li jippruvaw inessuna li l-klassijiet socjali ghadhom jezistu billi joholqu l-illuzjoni li kulhadd jista' jikseb dak li jrid meta jrid! Kemm ghad hawn injoranza!! U kemm ghad hawn min qed jiehu vantagg minn din l-injoranza!!!

Malta ghandha bzonn tal-PKM; partit li jkun maqghud u bi principji sodi. Viva s-Socjalizmu!!!

GleGer said...

Il-Kapitalisti huma bla skrupli quddiem l-injoranza, mhux biss, imma juzaw din l-injoranza biex minnha jabbuzaw u jkomplu jikbru finanzjarjament, il-Komunisti/Socjalisti huma differenti! Ezempji ta' dan huma Kuba w il-Venezuela, zewg pajjizi li malli fihom hadu l-poter Fidel Castro w Hugo Chavez rispettivament, l-illiterizmu naqas drastikament, l-edukazzjoni saret totalment b'xejn u r-rata medja ta' kemm wiehed jighx gholiet! Il-Komunisti ta' veru jistmaw lil bniedem ta' bniedem. Il-kapitalisti jaraw lil bniedem bhala ghodda ghal aktar profitti finanzjarji! Viva l-Komunizmu!

L-Imżebbel said...

Qabel xejn il-Partit Komunista Malti għandu joħroġ minn qoxortu u jipprova jasal għand in-nies. Dejjem sa fejn naf jien, ma jidhirlix li dan qiegħed isir. Inutli nibqgħu magħluqin ġewwa Vincenti Buildings niddiskutu l-ideoloġiji.

Tant hu hekk, li l-Lemin Estrem mal-Maltin issa sar iżjed popolari minn qatt qabel. Jiddispjaċini ngħid li s'issa x-Xellug Radikali f'Malta għadu ma rnexxilux joħroġ b'risposta tassew soda għal din l-isfida.