
Il-politici li ghalihom l-ewwel jigu l-Kapitalisti, imbghad il-haddiema, jiftahru li huma 'c-champions' tad-drittijiet tal-bniedem! Jiftahru bil-farsa tal-liberta tal-'media', ta' l-espressjoni! Jiftahru li tahthom kullhadd ghandhu dritt jixtri li jrid, kullhadd ghandhu l-ghazla! Jiftahru li d-demokrazijja w il-liberta huma l-kmandamenti li fuqhom imexxu l-politika taghhom, u li qatt m'huma lesti li jiksruhom! Kliem sabih, izda r-realta` differenti hafna!
Niehdu l-Istati Uniti, tant ilhom zmien jixtiequ jaraw gvern li jhaddan il-politika taghhom f'Kuba, dejjem bl-iskuza tad-demokrazijja, li fl-1967 waslu biex qatlu lil Che Guevara! L-istess pajjiz, illum qieghed jinqeda bil-mewt ta' Fidel Castro biex jipprova jdawwar id-direzzjoni tal-politika Kubana! Dan biex ma nsemmux il-250,000 persuna li nqatlu bil-bombi atomici li ntefghu fuq Hiroshima w Nagasaki fl-ahhar tat-2 gwerra dinjijja! L-istess pajjiz illum ma jridx li l-Iran jizviluppa qawwa nukleari, izda minn naha l-ohra ma jsib l-ebda oggezzjoni li Israel ghandhu l-armi nukleari! Dan hu l-istess pajjiz li attakka lil Iraq bl-iskuza ta' nformazzjoni dwar armi tal-qerda tal-massa, li suppost kellu Saddam Hussein, sa llum ghadhu ma nstab xejn!
Dawn it-tip ta' politici jiftahru fuq il-liberta ta' l-ghazla, izda ma jighdu xejn fuq dawk il-haddiema bla xoghol li sahansitra lanqas biss ikollhom biex ihallsu fejn joqghodu, u ghalhekk jispiccaw 'homeless'! Dawn huma n-nies li qieghdin imexxu, li d-decizjonijiet taghhom jolqtu lil haddiema direttament, jistaw ikunu fdati izjed?!
Minn nahha l-ohra, il-Komunizmu li dawn in-nies tant ipinguh ikrah, jiggarantixxi li kullhadd ikollhu dar fejn joqghod, edukazzjoni b'xejn, sptarijiet u medicini b'xejn, pensjonijiet u fuq kollox, sens ta' ghixen! Il-bniedem mhux mahluq ghal flus, il-flus mahluqin ghal bniedem! Il-Komunizmu jistma l-bniedem ta' bniedem, mhux ta' oggett li jhalli l-qliegh! Il-haddiema jridu jifhmu l-bzonn li jinaqdu w iqumu kontra minn jarahom bhala oggett! Il-kapitalizmu sfrenat li qieghdin nighxu fih wassal biss ghal hajja bla mistrieh, fejn min jiflah ihawwel u min ma jiflahx jithawwel! Viva l-Komunizmu!
Workers of the world...UNITE!!!
1 comment:
Glenn, nixtieq nifrahlek ghall-kuragg li ghandek biex issejjah lilek innifsek bhala Komunista! Illum wasalna fi zmien fejn wiehed irid ikollu zewg bocci tal-laham sew - biex nuzaw id-diskors Mintoffjan - biex jghid li jaqbel ma' l-ideologija Marxista-Leninista! Hawn bosta persuni li jghidu li huma Komunisti, izda l-problema hija li hawn hafna tghawwig; jezistu bosta persuni li jsejhu lilhom infushom bhala tax-Xellug, izda li jew ghandhom hsibijiethom fis-shab (maqtughin mir-realta' umana) jew li hargu b'certi principji li jmorru kontra principji importantissimi biex titfassal it-triq li twassal ghall-Komunizmu.
Malta hija mimlija daqs bajda b'nies li qed jigu esplojtati kuljum. Il-hasra hija li hafna minn dawn in-nies, tant gew "brainwashed" mill-kapitalisti, li lanqas biss jemmnu li jezisti mod iehor ta' ghejxien. Meta tkellimhom dwar il-pagi terribbli li jaqilghu jew il-mohqrija li jaraw fuq il-post tax-xoghol, bosta jghidulek: "M'hemmx x'taghmel! Dik il-hajja!"
Bhala Komunisti, ahna nemmnu li l-affarijiet jistghu jinbidlu. Ghalhekk nemmnu fis-Socjalizmu, dik il-fazi fl-istorja ta' socjeta' meta nkunu nistghu nahdmu lkoll biex nimxu lejn is-socjeta' Komunista fejn l-esplojtazzjoni ma tibqax tezisti. Biex dan isehh, hemm bzonn li l-membri kollha tal-klassi tal-haddiema jinghaqdu. Ghalhekk, jiena ninghaqad mieghek fl-ghajta: Workers of the world....UNITE!!!!
Post a Comment