Monday, March 10, 2008

5 snin ohra ghal PN, sfidi ghal MLP...

Ghal darb' ohra l-PN rebah l-elezzjoni generali, b'hekk fi tmiem il-legislatura li jmiss il-PN ser ikun ilu fil-gvern 26 sena, ghajr ghat-22 xahar ta' gvern Laburista bejn 1996/98. Bla dubju il-partitarji Laburisti huma ddizappuntati ghal ahhar, iktar w iktar meta kien awn xnieghat li d-distakk fuq il-PN jista jkun ta' 20,000 vot! Issa l'irrezenja Alfred Sant, fl-MLP trid issir ghazla ghaqlijja biex jinhatar mexxej li jkun kapaci iwassal lil Partit Laburista ghar-rebha 5 snin ohra. Irid ikun mexxej li kapaci jikkonvinci l-'floating voters', li fl-ahhar mill-ahhar huma l-iktar element deciziv f'elezzjoni. Fuq kollox il-mexxej futur tal-Partit Laburista ghandu jmexxi l-MLP fuq principji Socjalisti, biex verament l-MLP jkun il-partit li jhares il-htigijiet tal-poplu kollhu, specjalment ta' dawk li l-iktar ghandhom bzonn il-harsien ta' l-istat. Nittama li l-MLP ikun kapaci jaffronta dawn l-isfidi w 5 snin ohra jerbah ir-rebha li l-pajjiz tant ghandu bzonn. Fl-ahhar mill-ahhar nahseb li ahna ma min ahna, ghandna nirringrazzjaw lil Alfred Sant tax-xoghol li ghamel mill-1992 sa l-2008, GRAZZI!

2 comments:

Andre said...

Naqbel mieghek li hemm hafna xoghol xi jsir.

Pero jiddispjacini nghid li ma nistax ninghaqad mieghek bix nirringrazzja lil Alfred Sant.

Ghandi x'nifhem (u forsi dan jigi ikkonfermat bir-rizultati tal kunsilli lokali) li parti kbira mit-tort tat-telfa kien il-fatt li in-nies ma riedux lil Sant bhala Prim Ministru.

Nahseb li z-zmien tieghu bhala leader kien damaging hafna ghal MLP.

GleGer said...

Alfred Sant ta' wara l-1998 qatt ma rebah il-fiducja tan-nies, u naqbel mieghek meta tighd li zmienu bhala leader ta' l-MLP kien zmien ta' hsara kbira, kemm ghal pajjiz (ghax spicca bla oppozizzjoni xellugijja), u kemm ghal partit. Biss inhoss li bniedem li ghamel 16-il sena espost ghal kritika hafna drabi distruttiva (affarjiet li jghaddi minnhom kull mexxej politiku biex iservi lil pajjizu), ghhandek tirringrazzjah, fuq l-istess linja nirringrazzja lil Eddie Fenech Adami (ghalkemm ma naqbel mieghu xejn), lil KMB, lil perit Mintoff ecc...