Friday, May 2, 2008

Hadd indimentikabbli!

Nhar il-Hadd 27 ta' April, ghal xi s-sitta w nofs ta' filghaxija, Jien u Kim morna nimxu Santa Lucia. F'mument waqt il-mixja taghna ghaddejna minn hdejn bank, li bilqieghda fuqu kien hemm ragel xwejjah liebes raincoat hadra skura b'kelb kbir ta' lewn kannella car. Kim intilfet thares lejn il-kelb filwaqt li jien iffissajt harsti fuq dak ir-ragel xwejjah, li bla ebda difikulta stajt nidentifikah bhala l-perit Dom Mintoff. Kif skorrejna l-bank bi ftit passi kollni entuzjazzmu dort fuq Kim u staqsejta jekk gharfitx lir-ragel xwejjah, u kif bilkemm kienet spiccat ir-risposta li m'gharfitux ghidtilha li dak kien il-perit Mintoff. Sforz il-kurzita li qabdita Kim staqsietni biex induru w nergaw naghddu minn hdejn dak il-bank, u jien accettajt. Biss hekk kif konna ergajna sejrin fid-direzzjoni tal-bank avzajt lil Kim biex ma jfettilliex tieqaf tkellmu, peres li naf li Kim ma tantx tisthi biex tibda konverzazzjoni ma persuna li ma tkunx taf, anki jekk dik il-persuna ma tkun hadd hlief il-perit Mintoff. L-avviz tieghi kien inutli ghax kif skorrejna ftit il-perit, Kim daret fuqu w qaltlu: ''Jigdem il-kelb?'' U bis-soltu ton tieghu w b'nofs dahqa il-perit wegibha: ''Jekk ma taghmillu xejn mhux se jigdmek!'' Insomma biex ma ntawwalx ghamilna xi ghaxar minuti nitkellmu l-iktar fuq il-klieb. Qabel komplejna nimxu Kim haditlu b'idejh u qaltlu: ''Ghandi pjacir perit!'' U jien ghamilt l-istess.

Nhar il-Hadd kienet gurnata li se tibqa fil-memorja tieghi sakemm nibqa niftakar. Fiha rnexxieli nitkellem u niehu b'idejn mexxej kbir fl-istorja ta' Malta. Mexxej li jien twelidt 72 sena warajh! Mexxej li bhal ma llum ahna nistudjaw fuq il-Granmastri w nies iktar ricenti bhal Fortunato Mizzi w Manuel Dimech, il-generazzjonijiet futuri se jkunu qed jistudjaw fuq il-bniedem li nhar il-Hadd Jien u Kim kellimna w hadnilhu b'idejh!

5 comments:

David Cuschieri said...

Prosit, Glenn! Laqgha tassew interessanti!!! Kemm nixtieq inkun nista' niltaqa' mal-Perit Mintoff! Min jaf?

La delirante said...

Sorry I couldn't understand much of the post because my Maltese is not the same now that Grego left and that I don't have the time to study Maltese anymore :( as I am studying for an exam :( What I understood however was very good :)

Unknown said...

Minkejja kollox, il-Perit kien li tefa' 'l Malta miz-zmenijiet mudlama ghaz-zmenijiet moderni. Kieku ma kienx jezisti Mintoff kien ikolna nivvintaw wiehed.

La delirante said...

Hi Glenn, I need your e-mail address so that I can add you to my new private blog, can you send me an email? thanks,

Anonymous said...

Dear Glen,

this Friday the 13th of June 2008 at 8.00pm there shall be a meal organized for bloggers, their families and friends.

If you like you are also invited to join us for this meal.

The meal shall be held at the San Remo Restaurant in Main Street, Mosta. Details about the menu, location and a lot of other details can be found on my web-site: www.sandrovella.org.

If you would like to book your meal then call now on 79460527 or send me an e-mail at info@sandrovella.org.

You're invited and you can bring whoever you like with you, especially fellow bloggers or your readers.

Kind regards,

Sandro Vella