Tuesday, October 23, 2007
Housing...
L-MLP ghamel proposta fuq id-djar, bl-ghan li jighn koppji li se jixtru l-ewwel dar taghhom. Il-PN pront pront hareg verzjoni tewmijja taghha b-'image' daqsxejn differenti. Sincerament nemmen li l-ideat taghhom fuq il-problemi li qed jiffaccjaw guvintur u tfajliet biex jixtru l-ewwel dar taghhom huma patetici. Pero, l-aktar li nehodha bi kbira meta nismahom minghand l-MLP, partit suppost Socjalista, izda nahseb li llum ahjar insejhulu partit ex-Socjalista, ghalkemm qed nighd dan, xorta wahda nemmen li fis-sitwazzjoni prezenti l-MLP huwwa l-aktar partit xellugi, imma l-punt hu li mhux xellugi bizejjed. Jien se naqsam mghakom kif nemmen li ghanda tigi indirizzata din il-problema kbira, ovvjament la jien ekonomist u wisq inqas bniedem kompetenti biex inkun tekniku, jigifieri l-idea tieghi ghanda titqies ta' guvni li l-quddiem irid jiffacja din il-problema wkoll. Nemmen li l-gvern, l-ewwel u qabel kollox ghandu jerga juza s-sistema Mintoffjana li jimpjega nies mieghu biex jahdmu fit-twettiq ta' progetti ghal ghanijiet Socjali. Nemmen li l-gvern ghandu jitlaq fuq pjan li b'dawn il-haddiema jibni numru sostanzjali ta' djar/flats kull sena. Kif jitlestew ghandhom jinhargu ghal kiri, il-kiri jkun jikkonsisti li inti tiehu l-'flat' b'rigal ta' bejn 2000 sa 4000 lira, skond id-daqs, imbghad kull sena taghti kontribuzzjoni lil gvern ta' mhux aktar minn LM150. Ovvjament il-process tal-bini ta' dawn il-'flats' irid ikun wiehed efficjenti kemm jista jkun, dan jista jsir billi tigi riformata radikalment il-MEPA. B'hekk, nemmen, li b'din it-tip ta' vizjoni fuq dan il-qasam il-gvern ikun qieghed jolqot zewg ghasafar b'gebla wahda; l-ewwel ikun qed jaqdi l-obbligu socjali tieghu li jipprovdi akkomodazzjoni bi prezzijiet xierqa, u t-tieni jkun qieghed bil-mod il-mod jeqred is-sahha tal-kuntratturi l-kbar u agenzijji tal-bejgh tad-djar. Nixtieq inkun naf x'tahsbu u taghtu l-opinjonijiet taghkom ukoll.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
2 comments:
Jiena nemmen li kull persuna ghandha jkollha d-dritt li tghix f'dar dicenti. Nemmen ukoll li dan id-dritt m'ghandux ikun dipendenti fuq il-qaghda ekonomika ta' kull persuna. Fi kliem iehor, ma naqbilx li persuna ghandha titlef id-dritt li tghix go post dicenti sempliciment ghax ma jkollhiex il-flus biex tkun tista' tixtri dar. Fl-Unjoni Sovjetika, kulhadd kellu post fejn joqghod u dan kien jinghata b'xejn mill-Istat. Ma kienx hemm bzonn li tithallas xi kera jew xi somma ta' flus ohra biex jitpaxxa xi sinjurun! Inhoss li ghalkemm Mintoff ma kienx wasal da dak il-punt, kien miexi fit-triq it-tajba. Hija hasra li m'hemmx aktar nies bhal Mintoff fil-Malta Labour Party prezenti!! Kif jaf kulhadd, kien hemm anke speci ta' komplott min-naha ta' Alfred Sant biex jitqaccat Mintoff. Ghalkemm Sant tilef l-elezzjoni, irnexxielu jehles mill-element verament Socjalista li kien hemm fil-Malta Labour Party.
Jiena naqbel mieghek David li dar dicenti hijja dritt baziku w li jekk jista jkun ghanda tinghata b'xejn. Pero rridu nifhmu wkoll li bl-ebda mod ma tista tqabbel lil Malta ma l-Unjoni Sovjetika, ta' l-anqas jekk il-prezzijiet jinzlu fil-livelli li semmejt fl-artiklu jkun hemm qabza enormi mis-sitwazzjoni bhalissa, u jekk xejn, il-flus li jibda jdahhal il-gvern ikunu biex isostnu parti mill-ispiza w mhux biex imorru fil-bwiet tal-kapitalisti. Grazzi tal-kumment tieghek Comrade!
Post a Comment