Sunday, October 21, 2007

The Nostradamus Code...

Ftit ilu, qrajt dan il-ktieb ta' Dr.Michael Ratford, ktieb li jiffokka fuq il-'profezijji' ta' Nostradamus ghaz-zminijiet 2006-2012. Fih jikteb fuq 'the third antichrist' li dejjem skond dan il-ktieb u l-profezijji ta' Nostradamus, se jkun mill-'east', x'imkien lejn l-Iran, fi zmien li jkun fil-poter se jirnexxilu jahtaf il-maggoranza ta' l-Asia w ta' l-Europa, se jirnexxilu jkisser il-knisja Kattolika, se jeqred hafna mill-popolazzjoni umana ecc. Rigward il-knisja Kattolika li skond dan il-ktieb qieghda fl-ahhar snin taghha, ibassar li dan il-papa` se jigi maqtul minn terroristi, warajh gej papa iehor u wara dan ikun imiss l-ahhar papa`, li l-ktieb jiddeskrivih bhala ghodda f'idejn l-'antichrist'. Skond dan il-ktieb l-imperu ta' l-antichrist jinqered wara li l-Istati Uniti, l-Ingilterra w Franza jinghaqdu w jibdew dejjem jitfawh lura sa ma jgibu l-imperu tieghu fix-xejn. Skond Dr.Ratford, qabel l-antichrist bniedem mill-'east', bi hsibijiet qerrieda, se jitfa bombi nukleari fuq art fil-vant tal-Mediterran, wahda minn dawn il-bombi tmur zmerc u tispicca fil-bahar, ir-rizultat ikun dizastru, il-hut ta' dik il-parti tal-Mediterran jinqered, w in-nies jibdew jikluh xorta, dan iwassal ghal tixrid ta' mard u disperazzjoni, skond Ratford l-'antichrist' jahtaf dik l-opportunita biex johrog bhala salvatur ta' l-umanita. Interessanti li fost l-ohrajn l-'antichrist' se jzomm il-Hamis bhala l-gurnata ta' mistrieh. Nistennew u naraw... J'alla Nostradamus jew Dr.Ratford sejrin zmerc!

No comments: