Tuesday, October 16, 2007

Labour in goverment!

Personalment, la jien xi 'supporter' ta' l-MLP, la naqbel ezattament mal-politika ta' l-MLP, u wisq inqas xi ammiratur fuq livell politiku ta' Alfred Sant. Politikament jien Socjalist, li nammira politici bhal Duminku Mintoff, Fidel Castro w Hugo Chavez. Ghal elezzjoni generali li jmiss, ghalkemm nammetti li miniex 100% deciz x'ser naghmel bil-vot tieghi, nemmen hafna li l-ewwel vot tieghi se ntigh lil MLP. Sincerament nemmen li l-PN huwwa partit li 'nternament xjah fil-gvern, nixef mill-ideat! Ovvjament, l-istrategisti tal-PN qieghdin jippruvaw ilibsulu libsa gdida, biex jidher partit frisk, modern u zaghazugh, fir-realta` ghalkemm b'kap gdid, f'dar centrali gdida w b'vizjonijiet sa l-2015, il-PN huwwa partit li nixef mill-ideat, b'ministri li ilhom fuq is-siggu tal-poter mill-1987. Partit li t-tezorier tieghu serjament jiddelitta bil-bejgh tal-figolli bhala mezz tad-dhul kozmetiku. Minn naha l-ohra, l-MLP illum sincerament nemmen li jinsab lest biex jiehu l-gvern. Partit modern, man-nies u realistiku. Partit li zmienu fl-oppozizzjoni wara li rega tilef fl-2003 ghaddieh jintaqa ma nies u ghaqdiet minn kull settur possibbli, li maghhom tkellem u ddiskuta fuq dak li ghandom bzonn biex jimxu l-quddiem. Partit li skond il-mexxej tieghu, se jkun zero tolleranza ghal korruzzjoni, ghal hela w ghal burokrazijja zejda. Irrid nighd li fl-opinjoni tieghi il-bniedem li dahhal lil MLP fis-seklu 21 kien Jason Micallef, is-segretarju generali, li wara d-disfatta doppja ta' l-2003 immodernizza l-partit b'tali mod li rega gholla l-moral ta' partitarji Laburisti, minghajr ma tbieghed mill-'floating voters', anzi, pjuttost resaq lejhom bil-kbir. Nemmen li zmien il-Labour wasal, Alfred Sant irid jigi ttestjat w iggudikat bhala Prim Ministru, min isemmi it-22 xahar bejn l-1996-98 biex jipprova juri l-inkompetenza ta' Alfred Sant, ma jkunx hlief qed jitkellem b'partigjanizzmu sfrenat. Alfred Sant, dak iz-zmien rebah b'siggu wiehed biss, u kien dak is-siggu li fuqu nzerta kien hemm veteran grandjuz ta' l-MLP li fixkel lil Alfred Sant milli jaghmel xogholu b'mod li ried hu. Kif ghedt, jien zgur ma nqisnix xi pro-Sant, pero nahseb li Sant u l-partit Laburista ghandhom x'joffru lil pajjiz, ghandhom ideat prezentament ahjar minn tal-PN. Hemm 'team' motivat biex jahdem, jahdem b'mod differenti, b'mod gdid, b'mod frisk, jahdem ghal bidla. Nahseb li l-Labour wasal iz-zmien li jigi afdat biex imexxi l-pajjiz, sincerament nemmen li l-MLP kapaci jkun gvern hafna ahjar minn dak tal-PN.

3 comments:

David Cuschieri said...

Ghalkemm nittama li l-PN ma jirbahx l-elezzjoni li gejja, ma nistax nghid li l-MLP jinsab f'pozizzjoni ideologika b'sahhitha bizzejjed biex jaghmel xi differenzi kbar. Bhala partit socjal-demokratiku, l-MLP jaccetta l-kapitalizmu u jipprova jrazzan l-aspetti estremi tieghu. Fi kliem iehor, l-MLP jipprova jipprezenta dak li l-Inglizi jsejhu bhala "capitalism with a smiley face".

Ejja nkunu onesti maghna nfusna: jekk jitla' l-MLP, se jkun hawn xoghol garantit ghal kulhadd? Se jkun hemm kontroll fuq il-prezzijiet? Se jkun hemm kontroll fuq il-mod kif is-settur privat jimxi mal-haddiema? Kull persuna se jkollha dar dicenti fejn tghix? Ma nahsibx! Huwa proprju ghalhekk li nemmen li Malta mhux se tiehu r-ruh sakemm ma jkunx hawn partit iehor li huwa verament socjalista u li jista' jfarrak il-mekkanizmu kapitalista darba ghal dejjem!

L-Imżebbel said...

Dave, qabelxejn trid tikkunsidra ħaġa: "socialism in one country" doesn't work.

Il-moviment li qed talludi għalih int huwa ta' natura internazzjonali, u Marx kien ċar ħafna dwar dan. Li kieku f'Malta kellu jkollna rivoluzzjoni bħal dik li qed issemmi inti, il-klassi tagħna tmut bil-ġuħ.

F'Malta ma jista' jseħħ xejn minn dan, sakemm ma jikkollassawx l-ekonomiji dinjin il-kbar. U għandi dubji kbar dwar jekk din qattx tista' tiġri, għax il-Kapitaliżmu dejjem issib minn fejn jgħaddi, u meta le, jhedded lill-ħaddiema.

U ejja ngħiduha kif inhi: taħseb li l-klassi tal-ħaddiema dinjija hi tassew klassi-għaliha-nnfisha? Jew hija biss klassi-fiha-nnfisha u rassenjata għax aljenata?

Dik hi li taf tħoll u torbot.

Unknown said...

I love raġel tiegħi tant konna kuntenti b'żewġ gidjien, tifel u tifla. 3 xhur ilu bdejt nara xi bidliet strambi minnu. ftit ġimgħat wara sibt li r-raġel tiegħi qiegħed jara lil xi ħadd ieħor. Beda joqgħod tard tard mix-xogħol, Huwa ftit li xejn għandu x'jaqsam miegħi jew il-gidjien, Kultant ir-raġel tiegħi jitlaq u lanqas jerġa 'lura għal ftit jiem. Jien għamilt dak kollu li stajt niddeċiedi din il-problema imma xejn ma kien qed jaħdem. Sirt inkwetat ħafna u nistenna l-għajnuna. Naqra dwar l-istejjer ta 'Dr Goko fuq websajt li ssuġġerit li Dr Goko jista' jgħin biex isolvi problemi maritali, jirrestawra r-relazzjonijiet maqsuma u l-bqija. Allura, kkuntattjajt miegħu u qallu l-problemi tiegħi. Huwa ffissa ż-żwieġ tiegħi u huwa jipprovdi soluzzjoni għall-problema tiegħi, issa r-raġel tiegħi u jien ninsabu lura flimkien mill-ġdid. kollox qed jaħdem tajjeb fiż-żwieġ tiegħi u ninsab tassew kuntenta li Dr Goko jġib miegħu r-raġel tiegħi b'suċċess. jekk hemm xi problema fid-dar tiegħek, saħħa, żwieġ / relazzjoni u aktar ibgħat email lil Dr. gokosspiritualcaster@gmail. com tista 'tagħtih whatsapp chat fuq +2348056398964