Thursday, October 18, 2007
No Way To Abortion!
Dr.Rebecca Gomperts, ftit tal-jiem ilu giet Malta biex 'tnebbah' lin-nisa Maltin fuq id-dritt li jaghmlu abort. Jiena personalment, ma nafx kif l-awtoritajiet Maltin ihallu persuna bhal din tidhol fil-pajjiz u taghmel laqghat pubblici li fihom tippromovi l-qtil! 'Abort' hijja biss il-'cover' li tahtu m'hemm xejn hlief qtil, qtil li jaghmluh nies li jew mentalment ma jkunux f'sikkitom jew inkella minn natura taghhom ma jkunu xejn hlief barbari. Jiena nistkanta, u nitbellah, kemm pajjizi fl-'Ewropa' w barra minnha jaccetaw l-'Abort', ironikament, hafna minn dawn il-pajjizi huma kontra l-piena kapitali, dawn x'ligijiet huma?! Ha naghmilha cara, jiena kontra l-piena kapitali anki fuq dak it-tabib-qattiel li jaghmel 'abort', li jekk nirraguna bl-istint nighd li haqqu jmut ghal miljun darba, imma l-bniedem ma jistax jirraguna bl-istint biss ghax inkella ma jkun xejn iktar minn annimal. Imma skuzi ta! Kif jista pajjiz ikun kontra l-qtil ta' 'serial-killers' u 'terroristi' imbghad jaccetta li trabi innoccenti jinqatlu! Jiena personalment nara l-'abort' bhala l-ikrah 'invenzjoni' fl-istorja ta' l-umanita, ghax hijja xi haga orribbli li hafna drabi 'ssiba legalizzata! Fl-opinjoni tieghi nies bhal Dr.Gomperts m'ghandomx jithallew j'ghamlu diskussjonijiet pubblici, lanqas m'ghandu jithalla jidhol il-vapur taghha, il-vapur tal-mewt! Imma forsi issa ma nistawx inwaqqfu izjed dan il-vapur milli jankra fil-port taghna, ghax ghal l-U.E. l-importanza tal-liberta tal-kelma tirbah fuq l-instigazzjoni ghal qtil ta' trabi innocenti! Fuq kollox, l-'abort' huwwa monument iehor fid-dinja kapitalista, bir-ragunament li la l-qtil ta' trabi b'xi mod fih kapital, allura 'worth it'! Fl-ahhar, grazzi ghal Emy Bezzina w il-partit tieghu Alpha, partit li qed inebbah lil Maltin!!!!!!
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
2 comments:
kemm naqbel mieghek...l-abort m'huwa xejn ghajr egoizmu...
Meta wiehed jitkellem dwar l-abort, hafna dejjem isemmu l-mara jew it-tfajla u l-qaghda taghha. Izda, min se jaqbez ghad-dritt tat-tarbija?? Jiena kontra l-abort peress li ma nemminx li din hija l-ahjar soluzzjoni ghall-problema ta' tqala li ma kenitx mixtieqa mill-omm. Inhoss li huwa d-dmir ta' l-Istat li jeduka aktar lin-nisa tal-pajjiz dwar l-ghazliet li jezistu f'kaz li m'humiex f'qaghda li jistghu jiehdu hsieb tarbija.
Post a Comment