Thursday, November 22, 2007

Media Kapitalista!

Gvernijiet tal-lemin u tax-xellug, li jemmnu fil-privatizzazzjoni w allura naturalment fl-ingustizzja socjali, ihallu l-'media' titmexxa mill-privat. Naturalemnt il-privat b'gest ta' apprezzament dejjem ikun lest li jaghti palata lil dawn il-gvernijiet. L-ghan tal-privat huwwa wiehed, il-flus! Jekk mexxej ta' stazzjon televiziv jaf li bil-'gossip' fuq ic-celebritajiet jigbed l-udjenzi, allura naturalment ser jimla l-istazzjon tieghu b'gossip' bla sens fuq iz-zwieg ta' dik u d-divorzju ta' l-ohra! Naturalment, li eluf ta' nies kuljum imutu bil-guh, ma jigbdux l-udjenzi. In-nies ma jkunux iridu jaraw il-fatti, ghax ihossuhom hatjijn li huma qieghdin fuq is-sufan jieklu l-gallettini w eluf ta' nies qieghdin imutu bil-guh. Il-'media' llum ghandha qawwa enormi. Hijja tal-misthijja li fl-ahbarjiet tisma x'ghamlet Britney Spears u xi xtrat Paris Hilton! Meta f'parti ohra tad-dinja ghandhek tfal li qieghdin imutu bil-guh, bil-ghatx jew b'mard li f'pajjizi 'civilizzati' facilment jista jitfejjaq! Din hi d-demokrazijja? Din hi l-liberta?

1 comment:

David Cuschieri said...

Prosit Glenn! Kull tip ta' medja sservi certi interessi. Huwa car li ma tantx hawn stazzjonijiet jew gazzetti li jimpurtahom mill-principji socjalisti jew min-numru ta' realtajiet socjo-ekonomici li qed jolqtu miljuni ta' persuni.