Tuesday, November 6, 2007
Religion vs Politics
Ir-religjon, huwwa stint uman. Sa mil-bidu li l-bniedem beda jahseb, bdew is-superstizzjonijiet, bdew il-mistoqsijiet lejn il-kobor tan-natura, u allura bdew ir-religjonijiet, li tul iz-zmienijiet evolvew, izda ma mietux. Sa llum il-gurnata, fejn fit-teknologijja w ix-xjenza saru avvanzi kbar, il-bniedem xorta ghadu religjuz, u jien nemmen li jibqa, ghax huwwa stint uman. L-izball isir, meta r-religjon jigi mdahhal fil-politika, meta l-politika tigi imfassla fuq ir-religjon. Jiena personalment Kristjan, mhux kattoliku, nemmen li Gesu` Kristu huwwa sors ta' inspirazzjoni ghal mexxejja prezenti w futuri, izda ma naqbilx li mexxej ghandu jibbaza l-politika tieghu fuq il-kliem ta' Kristu iswed fuq l-abjad. Dak li qal Kristu ghan-nies li ghexu 2000 sena ilu, bil-problemi ta' 2000 sena ilu, hafna minnhu m'ghadux rilevanti ghal problemi ta' llum. Hafna affarjiet milli qal Kristu w li huma universali rridu nehduhom u napplikawhom ghaz-zminijiet tal-lum, izda dak biss li huwwa universali bhal imhabba w il-mahfra, mhux affarjiet ohra li llum il-gurnata jistonaw. Politika bbazata kompletament fuq ir-religjon twassal biss ghal dizastru. Il-bniedem huwwa hlejqa b'mohh li kapaci johloq, ghandu mohh li bih ghamel affarjiet kbar, koroh u sbieh, il-bniedem irid jibbaza l-politika tieghu fuq is-socjeta prezenti ta' zmienu, u b'mod xjentifiku jindirizza l-problemi tas-socjeta li jkun qed jighdx fiha. B'hekk biss il-bniedem jista javvanza l-quddiem, mexxejja religjuzi ghandhom jitqiesu daqs filosfi passati mil-politici, xejn aktar. Kemm il-bniedem idum jezisti, irid dejjem jibqa jevolvi biex dejjem itejjeb lilu n-nifsu ghal gid tas-socjeta.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
1 comment:
Hemm min jghid li r-religjon u x-xjenza huma t-tnejn interessati fil-verita'. Jiena ma tantx naqbel ma' dan il-hsieb. Jiena kont mistieden biex niehu sehem f'diversi ghaqdiet ta' Kristjani; ghalkemm kien hemm xejriet pozittivi f'kull grupp, ma nistax nichad li kien hemm dejjem element qawwi ta' twemmin ibbazat fuq xejn aktar minn superstizzjoni. Fl-ahhar mill-ahhar, nahseb li kull religjon hija dghajfa minhabba li ma tpoggix lix-xjenza fl-ewwel post. Jinhela hafna bzieq dwar jekk wiehed ghandux jghid ir-Ruzarju jew jekk ghandux juza kondom meta bosta minn dawn l-argument huma mfassla fuq sisien ta' superstizzjoni. Meta nhares lejn ir-religjon, l-aktar haga li tolqotni hija l-injoranza grassa ta' bosta minn dawk li huma ossessjonati biex iwasslu l-"bxara t-tajba"! Nahseb li flok wiehed joqghod jahli hafna hin jitlob, ahjar jistudja xi suggett xjentifiku biex itejjeb il-qaghda ta' l-Umanita'! Inhobb naqra dwar dak il-Gesu' Socjalista li kien jistmerr il-kummerc u l-leblieba ghall-flus, izda dan ma jfissirx li jiena naqbel mat-taghlim tal-Knisja Kattolika. Jekk irridu nfejqu din id-dinja mill-problemi kbar taghha, hemm triq wahda - dik Socjalista mfassla fuq il-hsieb xjentifiku u li ghad twassalna ghall-futur Kommunista! Hija t-triq li ttiehdet minn Lenin, Mao, minn Castro u hafna ohrajn.
Post a Comment