Tuesday, December 25, 2007
Private Schools
L-iskejjel privati huma ghodda biex minn eta zighra t-tfal indahlulhom f'rashom l-idea ta' 'l-upper-class' u l-pregudizzji li din l-idea ggib maghha. Ejjew nimmaginaw li zewgt it-tfal ikunu qieghdin jilghabu fil-bandli tal-belt/rahal fejn joqghodu, u wiehed ghax il-genituri tieghu tat-tajjeb jighd lil siehbu li hu jmur skola privata, naturalment ir-reazzjoni ta' l-iehor li ma jmurx skola privata ghax il-genituri tieghu ghandhom dhul baxx, tkun wahda ta' nferjorita. L-iskejjel privati huma c-cirasa fuq il-kejk morr kapitalista! L-edukazzjoni hijja bazi mportantissima fl-izvilupp ta' wliedna w ma tistax tigi mbabsa minn interessi privati. L-iskejjel iridu jintuzaw biex iqabbdu f'uliedna l-huggiega ta l-ugwaljanza socjali, l-imhabba w ir-rispett! Iridu jintuzaw ukoll biex fihom it-tfal/studenti jitghallmu janalizzaw, jiddibattu w jiddeciedu b'mohh miftuh! L-edukazzjoni hijja l-mera tas-socjeta futura, ghalhekk qatt ma tista tigi fdata f'idejn xi kapitalist, li naturalment l-interess principali tieghu huwwa l-profitt li se jkollu fl-ahhar tas-sena, mhux il-futur ta' wliedna!
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
1 comment:
Min jafni jaf li jiena totalment kontra l-idea li jkun hemm l-iskejjel privati. Dawn l-iskejjel huma speci ta' laboratorji socjali fejn it-tfal (u l-genituri taghhom) huma indottrinati biex ihossuhom ahjar minn dawk it-tfal li jattendu l-iskejjel tal-gvern. Kif jista' jkollok l-armonija fil-pajjiz meta jkun hemm tant attentati biex is-socjeta' tinqasam bejn is-sinjuri/is-setghana u dawk li m'ghandhomx il-mezzi finanzjarji/dawk bla setgha? Niskanta kif ma tantx hawn nies li jaghtu kas din il-problema! Forsi dan ghaliex il-virus ta' l-individwalizmu eccessiv tant dahal fostna li kulhadd mohhu biex jipprova jidher ahjar minn ghajru!
Nittama li ghad jasal il-jum meta dawn l-iskejjel privati jigu kollha f'idejn l-Istat sabiex inkunu nistghu nibnu pajjiz Socjalista u nahdmu biex nersqu lejn il-Komunizmu!!!
Post a Comment