Thursday, June 19, 2008

Il-Krizi tan-nuqqas ta' tobba f'Malta

Nahseb li kullhadd jaf li bhalissa Malta ghaddejja minn krizi ta' nuqqas ta' tobba. Dan ghaliex hafna tobba Maltin li jkunu ghadhom kemm gradwaw qed jaghzlu li jsiefru lejn pajjizi normalment fl-UE fejn il-pagi huma hafna ahjar minn taghna. U l'dawn it-tobba nifimhom, kieku kont tabib bhalhom naghmel! Mhux ovvja li jekk taf li b'dak li ghandek x'turi tista tmur x'imkien u tithallas ferm ahjar se tmur! Li ma nifhimx hu kif il-gvern ma jiehux azzjoni w idahhal ligi li tighd li ghal ftit snin wara li tigradwa trid toffri s-servizzi tighek lil poplu Malti bi ''hlas'' ghal l-edukazzjoni b'xejn u l-istipendji li tkun hadt minn fuq it-taxxi tal-poplu Malti. Nahseb li hu gust li trodd ftit snin ta' hidma lil poplu li minn fuq it-taxxi tieghu tkun hadt edukazzjoni kompluta b'xejn u stipendji biex tkun tista tixtri affarjiet bazici waqt li tkun qed tistudja. Nispera li fl-ahhar mill-ahhar tissolva din il-problema, biex il-poplu Malti jiehu dak li jixraqlu f'dik li hi l-iktar prezzjuza ghal kull poplu: Is-sahha!

1 comment:

David Cuschieri said...

Din il-problema tat-tobba (u anke n-nuqqas kbir ta' infermiera) ma tistax tibqa' sejra kif inhi! Hemm bzonn ta' azzjoni immedjata.

Kollega tieghi tax-xoghol hadet nofs ta' nhar leave biex tmur tara specjalista. Damet tistenna 4 sighat u mbaghad qalulha li l-professur kellu jattendi xi affarijiet ohra. Kellha taghmel appuntament ghal jum iehor!!! U dan wara stennija ta' 4 sighat!!!

Il-gvern irid jaghfas aktar biex itejjeb il-kundizzjoni ta' min jahdem fis-settur tas-sahha. Hemm bzonn ta' aktar incentivi biex in-nies jistudjaw il-medicina. Jekk hemm bzonn, ingibu tobba u infermiera minn pajjizi ohra biex kull cittadin f'dan il-pajjiz ikun jista' jiehu l-kura mehtiega immedjatament.

Jghidu x'jghidu n-nies, il-gvern ghandu l-obbligu li jiehu azzjoni fuq din il-kwistjoni minghajr aktar telf ta' zmien.