Monday, July 7, 2008

Is-Surcharge

Il-Prezz taz-zejt prezenti hu problema kbira ghal dawk il-pajjizi kollha dipendenti fuq iz-zejt! Pajjizna hu pajjiz kompletament dipendenti fuq iz-zejt, ghalhekk l-ugiegh ta' ras ghalina hu qawwi! Ftit tal-jiem ilu l-gvern habbar li biex izomm l-Enemalta finanzjarjament sostenibbli se joghlli s-surcharge ghal 95%. B'din il-mizura l-Enemalta veru mistennijja li tibqa sostenibbli, izda l-ekonomijja ingenerali kif se tintlaqat?
Biz-zieda fis-surcharge il-gvern se jkun qed jigbor minn ghand il-familji ammont ta' flus sostanzjalment aktar, u dan se jkun qed isir minghajr xi zieda fil-pagi, mela m'hemmx ghalfejn tkun ekonomista biex tifhem li dak li se johorgu iktar il-familji ghas-surcharge, se jkun qed jonqos mill-konsum taghhom, u finalment se jkun qed jonqos id-dhul tal-gvern mill-VAT. Ovvjament, jekk jonqos il-konsum jonqos il-kummerc, u jekk jonqos il-kummerc jonqsu l-impjiegi...u jekk jonqsu l-impjiegi jkompli jonqos il-kummerc!
Il-veru soluzzjoni ghal prezz taz-zejt ghanda tkun primarjament dik li 'nnaqsu d-dipendenza fuq iz-zejt. Dan jista jsir fost l-ohrajn billi f'forma ta' spiza kapitali f'kull dar jigi 'nstallat solar water heater. Billi jinbnew imtiehen tar-rih. Billi 'ssir kampanja edukattiva fuq l-uzu bil-ghaqal tad-dawl u l-ilma. Soluzzjonijiet ohrajn li jikkumplimentaw ghandhom ikunu li jsir thaffir serju ghaz-zejt u li jsiru l-ahjar negozji possibbli ghax-xiri taz-zejt!

3 comments:

Red said...

Artiklu bomba!!! Prosit!!! Argumenti kollha meqjusin u suggerimenti tajbin hafna.

Ikolli nammetti li ninsab imhasseb dwar il fatt li ghalkemm eluf hargu jipprotestaw f'bosta pajjizi ohra madwar id-dinja dwar is-sitwazzjoni prezenti, hawn Malta, l-apatija saret virus qawwi hafna! Possibbli li l-Maltin saru daqshekk nies li jaccettaw kull tip ta' sfruttament?? Fejn huwa l-partit tal-haddiema f'din il-krizi li qed taffettwa lil eluf ta' Maltin u Ghawdxin? Ghaliex qieghed daqshekk sieket???

GleGer said...

Il-virus ta' l-apatijja fost il-poplu Malti gej mill-partigjanizzmu sfrenat u l-individwalizzmu 'mdahhal fil-mentalita tal-poplu Malti mill-1987 l'awn! Il-hafna unions tal-haddiema li awn ukoll ma jighnux biex il-haddiema jinghaqdu! Jekk verament il-mexxejja ta' dawn il-unions igibu l-haddiem l-ewwel u qabel kollox, ghaliex ma jinghaqdux f'union wahda?

Grazzi tal-kummenti tieghek Comrade!

Anonymous said...

Easily I agree but I think the brief should prepare more info then it has.