Monday, November 26, 2007

Woman & Work...


Illum il-gurnata, bil-piz finanzjarju li hafna koppji qed ikollhom igorru biex ikollhom sempliciment saqaf fuq rashom, hijja kwazi 'mpossibbli li mara ma tahdimx. Hlief naturalment ghal dawk il-koppji li r-ragel ikollu dhul tant tajjeb li l-mara ma jkolliex ghalfejn tahdem. Izda ejja ghal mument ninsew il-finanzi! Issib hafna nisa, li 'jighdu' li jridu johorgu jahdmu mhux ghal flus, izda ghal karriera! Dawn in-nisa jaraw il-fatt li joqghodu d-dar inaddfu w irabbu t-tfal bhal li kieku xi hela ta' zmien! Issa il-maggoranza ta' dawn in-nisa/tfajliet li jahsbuha b'dal-mod huma ex-studenti universitarji, disgustanti! Jigifieri ghal dawn in-nisa li trabbi t-tfal huwwa hela ta' hin! Dawn in-nisa jaqblu li t-tfal ghandhom jitrabbew man-nanniet jew f'xi 'childcare center'! Dawn in-nisa jqisu li dawn it-tfal l-ewwel kelma li facilment jistaw jibdew jighdu hijja 'nanna' mhux 'mummy'?! Dawn in-nisa jqisu li qed jitilfu t-tfulijja ta' uliedhom?! Forsi r-ragunament tieghi jitqies bhala tradizzjonali! Izda dak li hu naturali, jigifieri l-mara trabbi t-tfal u r-ragel imur ghax-xoghol biex jipprovdi l-ghixien ghal familtu, ma jistax jigi michud! Il-mara posta d-dar tiehu hsieb l-ulieda w tara li r-ragel isib id-dar nadifa kif jigi mix-xoghol. Naturalment dawk li ma jaghmlux hekk habba ragunijiet ta' finanzi nifimhom u nadirhom, ghax il-gvern prezenti jrid li l-mara tohrog tahdem, in-nanniet johrogu jahdmu w il-mistrieh ma jigi qatt!!!

5 comments:

Maressa said...

M'huwiex naturali li mara toqghod id dar u ragel jahdem! Dik is socjeta kinet drat hekk.

Apparti minn hekk, mela allura ir ragel ghala ghandu jitlef it tfulija ta wliedu?

M'huwiex hela ta hin li toqghod id dar trabbi t tfal, imma sakemm ikunu zghar zghar forsi, mhux hajtek kollha!! Qed tinsa l bzonnijiet tal mara wkoll... dik li tohrog, tissocjalizza, thossa sodisfatta fuq affarijiet li mumiex tradizzjonalment biss tal mara...

Nahseb kulhadd ghandu dritt jaghmel li jrid. jekk tinzerta mara li kuntenta d dar toqghod, imma jekk trid tahdem, m ghandu jkun hemm hadd li jwaqqafha jew jgela thossa guilty li qed taghmel dan!

GleGer said...

Naqbel mieghek Maressa li rigward it-trobbijja ta' wliedha mara ghandha dritt taghmel li trid, wara kollox ulieda huma! Rigward il-mara w ir-ragel u minn ghandhu johrog jahdem, nahseb li wkoll ghandha tkun decizzjoni familjari! Biss, jien nemmen li r-relazzjoni li jkollha omm ma wliedha ma tista tigi repleaced minn hadd, lanqas mill-missier! Ghalhekk ma naqbilx li omm tiehu l-ulieda f'childcare centers' jew thallihom man-nanniet! Mhux qieghed nighd hekk biex ingiel lil xi omm thossha hatja, far from it! Jiena just qieghed nighd l-opinjoni tieghi! 10x for your comments Mar, tc.

Maressa said...

Il-mara posta d-dar tiehu hsieb l-ulieda w tara li r-ragel isib id-dar nadifa kif jigi mix-xoghol.

Dik is sentenza ma turix wisq decizjoni familjari...u nahseb dik is sentenza hija offiza ghal hafna nisa.

GleGer said...

Dik is-sentenza turi opinjoni personali tieghi, li nahseb ghandhi dritt ghaliha hux! Again 10x for your msg Maressa, tc.

Unknown said...

Ir-ragunar tieghek fuq il-mara lanqas ghandu xejn mill-komunizmu, anzi nazzarda nghid hu nfluenzat sew mill-ideat konservattivi ta' Fenech Adami u tal-Kurjisti Veskovili.