Friday, February 29, 2008

Countdown posts...

Wahda mill-proposti l'iktar jaharqu f'din l-elezzjoni generali hijja l-proposta Laburista tar-reception class. Il-Partit Nazzjonalista, bis-soltu propoganda intelligenti tieghu, irnexillu johloq thassib ghal hafna genituri bl-idea li r-reception class m'hi xejn ghajr sena repeater ghal uliedhom! Gidba mill-bidu sa l-ahhar! Ir-reception class, kif qed jipproponiha l-Partit Laburista hijja sena gdida bejn il-kindergarten u l-primarja, mhux sena ripetuta! Il-hsieb li xpruna l-idea tar-reception class kien li tinholoq sena skolastika gdida li fiha t-tfal jigu perparati b'mod ahjar ghal primarja, b'hekk jonqos ic-cans li numru ta' tfal jaqaw lura. Jiena naqbel mar-reception class kif qed jipproponiha l-Partit Laburista, ghax nemmen li ser issahhah il-pedamenti li fuqhom uliedna jridu jkompli jibnu l-futur taghhom, b'hekk inqas tfal jaqaw lura.

2 comments:

Andre said...

jien rajt syllabus ta reception class fl-ingilterra u bhala proposta naqbel maghha 100%.

Apparti mil-fatt li it-tfal jitghallmu affarijiet essenzjali bhal jiktbu, jaqraw u in-numri (ma ninsewx li malta ghandna livell ta illiterizmu mal 11%!) hemm ukoll hafna attivitajiet li jghinu it-tfal jintegraw iktar (bhal per ezempju kif jgharfu il-flus, kif jaqraw il-hin etc.) kif ukoll hin biex jissocjalizaw ma tfal ohra...

David Cuschieri said...

L-edukazzjoni ta' uliedna hija xi haga fundamentali! Ahjar naqra aktar milli inqas meta nitkellmu dwar l-edukazzjoni! Nemmen li 'l quddiem, ghandha ssir ukoll riforma dwar l-ezamijiet tal-Junior Lyceum u fil-korsijiet ta' l-Universita', izda nistghu nitkellmu dwar dan darb'ohra... :)