Tuesday, March 4, 2008

Countdown posts...

Alfred Sant qed iwighied li ma l-ewwel gimgha ta' gvern Laburista ser inaqqas is-surcharge bin-nofs, proposta li bla dubju ser thalli iktar flus fill-bwiet tan-nies, ghalkemm ma nahsibx li ser theggeg lin-nies biex joqghodu jahlu d-dawl, kif banalment qed jighdu tal-Partit Nazzjonalista!
Fl-opinjoni tieghi, ghalkemm naqbel li s-surcharge titnaqqas bin-nofs, nemmen li tkun decizzjoni riskjuza jekk tiddahhal minghajr ma jinbdew progetti serji biex tigi 'ggenerata energijja minn sorsi alternattivi, dan ghaliex jekk il-prezz taz-zejt jibqa tiela l-fuq, l-ispiza tal-gvern biex ikompli jassorbi nofs is-surcharge tkompli tikber, u fl-ahhar mill-ahhar ahna stess ikollna nhallsu biex naghmlu tajjeb ghal l-ispiza. Nemmen li gvern serju ghandu jahdem fuq tlett livelli (apparti li jnaqqas is-surcharge bin-nofs) biex jassigura li l-ekonomijja tibqa b'sahhita taht il-pressjoni li l-prezz taz-zejt qed jitfa fuqnha; 1. Jinnegozja w jahdem biex jixtri z-zejt bl-irhas prezz possibbli, 2. Iwettaq hidma biex jittellgha z-zejt, u 3. Jinbdew progetti serji ghal generazzjoni ta' energijja minn sorsi alternattivi.

No comments: