Wednesday, June 11, 2008

Joseph Muscat - Generazzjoni Rebbieha?

Nhar il-Hadd segwejt id-diskors ta' Joseph Muscat fic-CNL. Kien diskors li 'kkommova lil hafna Laburisti, specjalment meta Joseph iddeskriva lil Perit Mintoff bhala ''dak li kien, ghadu w jibqa...'' missier il-Partit Laburista. Nahseb li l-akbar sfida ta' Joseph se tkun dik li jaghqqad lil Partit filwaqt li fl-istess hin iwettaq it-''terrimot' li jrid jaghmel biex il-Partit johrog miz-zmien difficli li qieghed fih u jsir verament partit rebbieh. Jidher li l-ghan ta' Joseph Muscat hu li jaghmel mill-Partit Laburista familja xellugijja. M'ghandniex xi nighdu, bhala persuna Joseph hu bniedem karizmatiku w li kapaci jikkomunika. Nispera li taht it-tmexxijja ta' Joseh Muscat il-Partit Laburista jsir verament partit rebbieh...nistennew u naraw!

5 comments:

Anonymous said...

The blog post "Joseph Muscat – Ġenerazzjoni Rebbieħa?" is featured on Maltamedia: The Maltese Blogosphere

- Nominate blog post of the month -

David Cuschieri said...

Hi Glenn! Hadt gost li ergajt rajtek hawn! :)

Post interessanti hafna! Joseph Muscat ghandu zewg tipi ta' problemi quddiemu: dawk marbutin mal-partit u dawk fuq livell nazzjonali. Nittama li bhala partit, jirnexxielu jwettaq it-tibdiliet li hemm bzonn biex il-partit Laburista jkun partit b'sahtu. Partit li ghandu l-ghaqda huwa b'sahtu u jista' johrog aktar b'mod car id-differenzi li ghandu mal-Gvern.

Rigward il-problemi fuq livell nazzjonali, ma nafx kemm se jkun facli jiggieled kontra dawn minhabba x-xejra semi-leminija li kien ha l-partit miz-zmien ta' Dr Alfred Sant. Jekk Dr Joseph Muscat se jipprova jikkopja l-mudell Ingliz, nistghu nghidu minn issa li se jbati u li bosta familja Maltin mhumiex se jibdu l-ebda farag!

Hemm bzonn ta' diskussjoni ideologika fi hdan il-partit. Storikament, il-partiti socjal-demokratici ghamlu gid, izda sa certu punt peress li hafna drabi, il-hidma mal-privat waslet biex ir-relazzjoni bejn il-gvern u l-privat tispicca sbilancjata hafna favur il-privat.

Illum, f'Malta, ghandna sitwazzjoni patetika fejn is-settur privat qed jiddomina sew il-hidma tal-gvern. Skond artiklu li deher dan l-ahhar fil-gazzetta Illum, 39% tal-Maltin ihossu li l-paga mhix qed isservihom biex jaslu sa l-ahhar tax-xahar! Nahseb li din hija haga inkwetanti hafna. Jiena nistaqsi lili nnifsi: x'se jaghmel il-partit Laburista dwar din is-sitwazzjoni?

Anonymous said...

Well written article.

Anonymous said...

gleger.blogspot.com is very informative. The article is very professionally written. I enjoy reading gleger.blogspot.com every day.
instant loans
online payday loans canada

Anonymous said...

Ja, sennilega svo pad er