Monday, July 7, 2008

Il-Liberta`

Gvernijiet pro-Kapitalisti ta' spiss jiftahru bil-liberta` fis-socjetajiet li jiggvernaw. Ghal dawn il-gvernijiet, il-kuncett ta' liberta` jfisser id-dritt ta' l-ghazla f'xi elezzjoni, li generalment din l-ghazla tkun bejn kokijiet differenti li 'jsajru l-istess ricetti! Dawn l-istess gvernijiet jiftahru bil-liberta` ta' l-espressjoni, izda 'mbghad simboli Komunisti, Nazisti w ohrajn jitqiesu 'llegali! Il-media ''libera'' f'dawn is-socjetajiet generalment titmexxa minn miljunarji kbar li flok jaghzlu li jwasslu l-vuci ta' min qed ibaghti w irid jipprotesta, jaghzlu li kuljum ixandru ''ahbarjiet'' banali fuq celebritajiet miljunarji! Isir ftahir ukoll fuq il-liberta ta' l-ghazla; ghazla f'dak li wiehed jixtri, fejn wiehed jivjagga ecc... Izda dan ma jfisser xejn ghal min ma jahdimx ghax ma jistax isib xoghol! Ghal dawn in-nies vittmi tal-Kapitalizmu l-unika skop f'hajjithom ikun dak li jaraw kif se jighxu, xejn izjed u xejn inqas!
Il-liberta hi farsa f'politika 'bbazata fuq l-esplojtazzjoni! Il-maggoranza tal-popolazzjoni tad-dinja huma haddiema, wage slaves! Wage slaves ghaliex biex jighxu fis-sistema Kapitalista l-haddiema jkollhom ibieghu kuljum sieghat minn hajithom biex is-sid jew sidien li jhaddmuhom ikompli jakkumulaw il-gid taghhom! Il-veru liberta` tasal meta l-art u l-mezzi tal-produzzjoni kollha jkunu propjeta pubblika w kullhadd jahdem biex itejjeb il-qaghda tas-socjeta ghax finalment ikun qed itejjeb il-qaghda ta' hajtu! Il-veru liberta` tasal meta kullhadd ikun ugwali ekonomikament u socjalment! Il-veru liberta` tasal meta tieqaf l-esplojtazzjoni!

4 comments:

Anonymous said...

It could give you more facts.

Anonymous said...

Concentrate to the things that could give information to the people.

Anonymous said...

This is a nice blog. I like it!

David Cuschieri said...

Naqbel perfettament, Comrade! :)Nippreferi li nkun liberu mill-esplojtazzjoni milli li jkolli biss il-liberta' li naghzel bejn bosta partiti kapitalisti!